| L-informazzjoni fuq il-web site www.mgarr.gov.mt tikkonforma mal-linji ta' gwida ddisinjati biex jgħinu navigazzjoni faċli.
Il-paġni kollha huma mwaqqfa biex jippermettu aċċess minn verżjonijiet ta' kwalunkwe browser li jvarja minn Internet Explorer 4.0 u 'l fuq u Netscape 4.0 u 'l fuq.
L-informazzjoni li ġejja tgħinkom tifhmu liema standards aħna applikajna lis-sit u x'għandkom tgħamlu b’ċertu tipi ta' files.
In-Navigazzjoni
L-Ispeċifikazzjoni tas-Sit
Il-Kompatibilità tal-Browser
L-Istampar tal-paġni
L-Immarkar tal-Paġni
It-Tfittxija
Is-Sottomissjoni tal-feedback
Saving ta' paġni fuq il-kompjuter tiegħek
Informazzjoni
Id-Daqs totali tad-Dokument
------------------------------------------------------------------------
In-Navigazzjoni
Kull wieħed mill-paġni tal-www.mgarr.gov.mt għandu taqsima għan-navigazzjoni fit-test man-naħa tax-xellug ta' l-iskrin.
Ma hemm ebda buttuni grafici ta' navigazzjoni fi ħdan l-ambjent mingħajr frejms peress li huma strumenti mingħajr bżonn li jistgħu f'ħafna każijiet ikunu iktar ta' ntopp milli ta' għajnuna.
Il-links tat-test jinkludu kaxxa ta' deskrizzjoni li tinforma lill-utent fejn il-link ser imur. Dan wieħed jista' jarah billi jqiegħed il-pointer fuq il-linja tat-test.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
L-Ispeċifikazzjoni tas-Sit
Il-website www.mgarr.gov.mt ġiet iddisinjata għall-utenti kollha. Il-gwida standard għas-sit kienet għal monitor ta' reżoluzzjoni SVGA ( 800 x 600) li juża 256 kulur. Is-sit jista' jintuża mhux ħazin bi speċifikazzjonijiet iktar baxxi minn dawn.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
Il-Kompatibilità tal-Browser
Il-website www.mgarr.gov.mt ġie kompletament ittestjat fuq numru ta' browsers fuq il-maggoranza ta' sistemi ta' operazzjoni ta' kompjuters eżistenti.
www.mgarr.gov.mt juza Cascading Style Sheets (CSS) biex jifformattja l-informazzjoni f'test fi ħdan kull pagna. Biss browsers mill-verzjoni 4 'l fuq jifhmu fis-sħiħ il-formatting CSS.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
L-Istampar tal-Pagni
Kwalunkwe pagna tista' tigi stampata mill-web mill-utent li jaghżel il-file, print mill-option tal-menu fi ħdan Microsoft IE jew Netscape.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
L-Immarkar tal-Pagni
Biex wieħed jimmarka pagna partikolari l-utent jagħzel Favourites. Add to Favourites mill-option tal-menu fi ħdan Microsoft IE jew Bookmarks, Add Bookmarks fin-Netscape.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
It-Tfittxija
Biex utent ilesti tfittxija għandu jdaħħal kelma jew ġabra ta' kliem fil-kaxxa ta' tfittxija tat-test. Meta wieħed jagħfas il-buttuna 'return' jew jikklikkja fuq il-buttuna ta' tfittxija jkollu lista tad-dokumenti li jikkorrispondu għad-dettalji tat-tfittxija. Dawn ir-riżultati jiġu ratifikati, bit-tqabbil l-iktar komplet imniżżel l-ewwel, li jonqos f'rilevanza iżjed ma' l-utent jinżel fil-lista.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
Is-Sottomissjoni tal-feedback
www.mgarr.gov.mt iforni formola tal-feedback biex tagħti lill-utenti opportunità li jagħtu leħen għall-kummenti tagħhom dwar is-servizz.
Ladarba l-formola ġiet kompletata l-utent għandu jikklikkja fuq il-buttuna issottometti fil-qiegħ tal-paġna. Dan jgħaddi l-informazzjoni lis-servizz www.mgarr.gov.mt.
Ma nistgħux nirrispondu għal kull rikjesta imma kull waħda tinqara u tittieħed azzjoni fuqha fejn neċessarju.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
Saving ta' paġni fuq il-kompjuter tiegħek
Kwalunkwe paġna li tidher fuq il-browser tiegħek tista' tigi ssejvjata fuq id-drive lokali tiegħek. Għażel File, Save as mill-menu option fi ħdan Microsoft IE u Netscape.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
Informazzjoni
Xi pagni fi ħdan is-servizz www.mgarr.gov.mt huma f'format ta' xort' oħra minn HTML jew XHTML. Dawn huma portable document files (pdf). Biex jaqra dawn il-files l-utent jeħtieg software Adobe Acrobat Reader li jista' jigi d-downlowdjat b'xejn mill-Internet.
Lura l'fuq
-----------------------------------------------------------------------
Id-Daqs totali tad-Dokument
Utenti jinnutaw li kull waħda mill-pagni www.mgarr.gov.mt għandha d-daqs totali tad-dokument iddettaljat fil-qiegħ.
Hu mportanti li l-files individwali jibqgħu żgħar fuq il-web sabiex ħinijiet ta' download għal utent jinżammu għal minimu. Paġna wahda ma ghandha qatt tkun ikbar minn 120k fid-daqs. Din mhijiex figura limitata għat-test ASCII (file HTML jew XHTML) imma għandha tinkludi wkoll id-daqsijiet tal-files kollha. Per eżempju, dan id-dokument huwa 12k f'total.
Lura l'fuq
|