Nixtiequ nirringrazzjawkom talli żortu l-www.mgarr.gov.mt
1.0 Il-Politika tal-Privatezza
Aħna mpenjati lejn il-protezzjoni tal-privatezza tal-viżitaturi tagħna u ma niġbru ebda informazzjoni personali dwarkom sakemm intom ma tipprovduhielnix volontarjament. Kwalunkwe informazzjoni personali li intom tikkomunikaw lilna tinżamm fi ħdan mgarr.gov.mt innifsu skond l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.
2.0 L-Att Dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001
L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 għadda fl-14 ta' Diċembru 2001 u t-taqsima li tikkonċerna l-ħatra tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data u t-Tribunal ta' l-Appelli tal-Protezzjoni tad-Data ġiet fis-seħħ mit-22 ta' Marzu 2002. Għalhekk aħna nikkunsidraw li għandna dmir legali biex nirrispettaw u nipprotegu kwalunkwe nformazzjoni personali li niġbru mingħandkom u dan id-dmir nirrispettawh. Nieħdu s-salvagwardji kollha neċessarji biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji miġbura mingħandkom bħala viżitaturi, lil xi parti terza jew Dipartiment tal-Gvern sakemm intom ma tagħtuniex il-kunsens tagħkom.
3.0 Informazzjoni Miġbura
Bħala viżitatur, niġbru tliet tipi ta' nformazzjoni dwarek:
Informazzjoni dwar kuntatt jew feedback;
Informazzjoni dwar id-download tal-webpage;
Informazzjoni dwar l-użu tas-Sit.
3.1 Il-Kuntatt jew il-Feedback
Meta timla l-formola dwar il-paġna ta' "AGĦMEL KUNTATT MAGĦNA" jew "KUMMENTI", aħna nużaw l-informazzjoni personali sottomessa fil-formola biss biex nirrispondu għall-messaġġ tiegħek. Din l-informazzjoni personali ma tinżammx iktar milli neċessarju u titħassar la darba l-ħtieġa tal-feedback tintlaħaq.
3.2 Informazzjoni dwar id-Download
Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna awtomatikament niġbru u naħżnu l-informazzjoni li ġejja li mhijiex personali:
Il-webpage jew download mitluba;
Jekk it-talba kinitx ta' suċċess jew le;
Id-data u l-ħin meta int għamilt aċċess għas-sit;
L-indirizz ta' l-Internet tal-web site jew l-isem tad-dominju tal-kompjuter li minnu int għamilt aċċess għas-sit;
Is-sistema ta' operazzjoni tal-magna li qed tmexxi l-web browser tiegħek u t-tip u l-verżjoni tal-web browser tiegħek.
Jekk jogħġbok innota li din l-informazzjoni hija strettament biss għall-użu ta' mgarr.gov.mt u mhix maqsuma, mikrija, jew mibjugħa fi kwalunkwe mod lil xi organizzazzjoni oħra.
3.3 L-użu ta' l-Informazzjoni mis-Sit
mgarr.gov.mt jikkreja "cookies" għal kull sessjoni meta inti żżur il-web site tagħna. Dawn il-cookies jaħżnu informazzjoni li hi mibgħuta lill-browser tiegħek - flimkien ma' web page meta inti tagħmel aċċess għall-web page. Il-browser tiegħek jirritorna l-informazzjoni dwar il-cookie biss lid-dominju li minnu l-cookie oriġina, jiġifieri mgarr.gov.mt u ebda web site ieħor ma jista' jitlob din l-informazzjoni. Meta inti tirritorna għal www.mgarr.gov.mt, il-cookie jerga' jintbghat lill-web server, flimkien mat-talba l-ġdida tiegħek.
4.0 Links għal Web Sites oħrajn
Is-Sit tagħna għandu numru ta' links għal organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali oħrajn. Hemm xi każijiet, għall-benefiċċju tal-viżitatur, fejn jista' jkun meħtieġ li aħna noħolqu link għal web sites oħrajn ta' organizzazzjonijiet oħrajn wara li jinġieb permess mingħandhom rispettivament. Huwa mportanti għalik li tinnota li malli tagħmel link għal sit ieħor, inti m'għadekx fis-sit tagħna u ssir soġġett għall-politika privata tas-sit il-ġdid.
5.0 Aċċess għall-Informazzjoni tiegħek
Inti tista' titlobna fi kwalunkwe ħin liema informazzjoni dwarek hija effettivament miżmuma, jekk hemm, f'dak il-ħin partikolari. Inti għandek id-dritt li xi affarijiet dwarek li mhumiex eżatti jiġu kkoreġuti u meta applikabbli mħassra, jekk ma jkunux diġa mħassra.
6.0 Bidliet għal din il-Politika Privata
Jekk ikun hemm xi bidliet għal din il-Politika Privata, aħna nissostitwixxu din il-pagna b'verżjoni aġġornata. Huwa għalhekk fl-interess tiegħek stess li tiċċekkja l-paġna tal-"Politika Privata" kull meta tagħmel aċċess għall-web site tagħna sabiex tkun konxju ta' xi tibdiliet li jistgħu iseħħu minn żmien għal żmien.
APRIL 2003
|