Ikompli x-xoghol fuq id-Day Care Centre ghall-Anzjani
Jitlestew ix-xoghlijiet fi triq Bingemma u Triq is-Santi
Jiġi inawgurat Ġnien Skorba fi Pjazza Sant Anna
Fl-4 ta' Marzu 2006 ġie inawgurat Ġnien Skorba fi Pjazza Sant Anna. L-attendenza kienet waħda sabiħa ħafna. Il-Prim Ministru, l-Onorevoli Dr. Lawrence Gonzi kien ukoll preżenti u wera l-apprezzament tiegħu lejn ix-xogħol li jagħmel il-Kunsill ta’ l-Imġarr għall komunita’. Huwa kompla billi qal illi l-Kunsill ta’ l-Imġarr huwa eżemplari għall-Kunsilli ta’ Malta u Għawdex.
Preżenti wkoll kien Dr. David Trump illi tkellem dwar l-importanza arkeoloġika illi għandhom it-tempji ta’ Skorba. Huwa ġie ppreżentat b’ medalja kommemorattiva mis-Sindku, is-Sur Paul Vella.