The coat of arms featuring a standing bale of wheat with two scythes above it


  English
Mgarr Local Council
  
  Il-Progett MedCypre (Migbha Sept 07)
Fl-ahhar ta’ Gunju 2007, gie fi tmiemu l-Progett Interreg IIIB – Medcypre. Dan il-progett kien jinvolvi t-tahwil ta’ 2500 sigra tac-cipress f’zewg inhawi fl-Imgarr, wiehed fi Triq il-Gnejna u l-iehor fiz-zona msejjha Ballut. Dan il-progett beda fl-ahhar tas-sena 2004, meta l-Kunsill issieheb ma hmistax il-partner ohra minn pajjizi madwar l-Ewropa biex iwettaq dan il-progett.

Minn dan il-progett pilota, irrizultat differenza fl-istat tas-sigar bejn iz-zewg siti. Dan minhabba tliet ragunijiet ;

• Id-differenza fit-tip ta’ hamrija fiz-zewg inhawi,
• Differenza fit-tisqija
• Differenza fit-tip ta’ kloni tas-sigar infushom.

Il-hamrija tal-Gnejna hija aktar taflija u ghalhekk izzomm aktar ilma meta taghmel ix-xita, izda fis-Sajf, din l-art tinxef, tista’ tohloq xi qsim fl-art u tkun ta’ periklu ghall-gheruq minhabba li l-arja tnixxifhom. B’din il-kundizzjoni fl-art, kien hemm numru ta’ sigar li mietu. Iz-zona tal-Ballut hija kemmxejn differenti min dan l-aspett. L-Art fiha mixxela ta’ hamrija u xerorendzinas ( hamrija immatura b’rata gholja ta’ calcium carbonate u nieqsa minn materjal organiku).

Gie nnutat ukoll li l-ammont ta’ ilma li qed jiehdu l-pjanti tista’ tvarja, peress li permezz ta’ drip irrigation, il-pjanti li jinsabu fuq in-naha ta’ isfel, jista’ jkun li qed jiehdu ammont akbar ta’ ilma minn dawk li jinsabu aktar fl-gholi. Infatti dan irrizulta mill-fatt li s-sigar tal-faxxa ta’ isfel huma akbar mis-sigar tal-faxex l-ohra, peress li qed jiehdu aktar ilma. Fin-naha ta’ fuq taz-zona tal-Ballut qed jikbru numru iehor ta’ pjanti selvaggi li jistghu jghamlu hsara lis-sigar tac-cipress. Jidher li s-sigar tac-cipress fil-Ballut qed jikbru b’rata inqas mghaggja minn dawk tal-Gnejna, pero irrizulta li kien hemm inqas sigar li mietu f’din iz-zona.

Il-Kunsill jawgura li taghmel aktar xita biex ikomplu jikbru dawn il-pjanti. Matul dawn l-ahhar sentejn wiehed jista’ jara l-progress kbir li ghamlu dawn is-sigar. Ghalkemm il-progett wasal fit-tmiem tieghu, il-Kunsill ghadu f’kuntatt ma l-esperti barranin biex ninghataw l-ghajnuna professjonali taghhom biex is-sigar jibqghu jinghataw l-attenzjoni mehtiega.

Ftit xhur ohra, il-Kunsill se jerga’ jiltaqa’ ma l-istess partecipanti tal-progett biex jigi inawgurat ktieb dwar is-sigar tac-cipress madwar l-Ewropa, li jinkludi sigar tac-cipress ta’ akbar minn 100 sena f’Malta. Waqt din il-laqgha, se jitfassal progett gdid biex jigi sottomess lill-Kummissjoni Ewropeja ghall-approvazzjoni taghha. Il-Kunsill jittama li dan il-progett ikun approvat bhal dak ta’ qablu biex permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropeja l-Imgarr ikompli jithaddar b’aktar sigar.



  Il-Progett MedCypre
Is-Sigar fiz-zona tal-Gnejna f' Settembru 2007Is-Sigar fiz-zona tal-Gnejna f' Settembru 2007











Is-Sigar fiz-zona tal-Gnejna f' Settembru 2007

  Il-Proġett Youth
HPIM0398.jpgHPIM0272.jpg










Il-parteċipanti tal-proġett Youth waqt mawra ġewwa Mathi (Torino) f’ Jannar 2006

  Zaghzagh minn Mathi (TO) jzuru Malta 20.07.2006
IMGP0862.jpgIMGP0865.jpg










Fl-20 ta' Lulju 2006 grupp ta' zaghzagh min Mathi (Torino) zaru r-rahal taghna bhala parti mill-progett Youth.

Itla 'l fuq

Mgarr_Local_Council
Mgarr_Local_Council
Mgarr_Local_Council
| © Drittijiet 2003 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.